Għidu l-verità, tinkeddu taraw bini antik jaqa’ u minfloku titla’ blokka flats?

 Għidu l-verità, tinkeddu taraw bini antik jaqa’ u minfloku titla’ blokka flats?

Mistoqsija iebsa. Nafu li iva tħossu. Aħna Maltin u l-identità tagħna hija partikulari. Għandna l-karattru Malti. Għandna l-istorja u l-wirt tagħna bi drawwiet sbieħ u uniċi. Imma kemm qed nieħdu ħsiebhom verament? Qed nitilfuhom?

Huwa minnu wkoll li kull ġenerazzjoni timponi l-ideat tagħha u tbiddel ta’ qabilha. Imma huwa ferm importanti li nżommu wkoll dak li għamlu missirjietna. Mhux biss għax xi darba se jħassru tagħna jekk jimxu fuq dan it-traġit ta’ ħsieb bħal tagħna, imma għaliex dak huwa wirt.

Pajjiż li ma jagħtix biżżejjed attenzjoni u protezzjoni lil dak li jagħmlu uniku, jitlef ruħu.

Jekk tħares lejn Malta minn fuq ajruplan, tinduna li l-art agrikola dejjem qed tonqos kull ma jmur iż-żmien.

Naraw ukoll toroq fl-irħula tagħna li jkollhom sky line sabiħ b’faċċati fuq stil wieħed … imbagħad titwaqqa’ dar waħda, u titla’ blokka flats. Dan ikun il-bidu biex l-oħrajn isewgu.

Il-mistoqsija tiġi hawn: Int tħoss imma meta tiġi għas-si u n-no, tagħmel l-istess u twaqqa’ għax tkun se ddaħħal kemxa flus? Jew tagħti kas il-wirt u tabbasta b’li għandek?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com