Għadkom tiżviluppaw ritratti?

 Għadkom tiżviluppaw ritratti?

Minn mindu l-mobiles sar għandhom il-kameras magħhom, naqas drastikament l-użu tal-kamera fl-id u li jiġu żviluppati r-ritratti. Il-kamera tal-mobile nsibuha komda. Imma jiġri, li spiss ninsew nissejvjaw u malli jispiċċa l-mobile, nitilfu kollox. Jintilfu miegħu, bosta memorji.

Li tiżviluppa ritratt kienet esperjenza. Tmur għand il-fotografu tal-lokal, ittieh il-film li kien ivarja minn 16 sa 48 ritratt u anke iżjed u jiem wara terġa’ tmur tiġbru.

Kien jiġri ħafna drabi li jew konna nifirħu bir-riżultat, jew ninħarqu li ġejna b’għajnejna ħomor. Ġieli wkoll ma kien jiżviluppa xejn. Kemm konna ninħarqu.

Madanakollu, apparti dawk li jkunu fotografi professjonisti, reġa’ hawn trend li persuni jixtru kamera u jieħdu gost jieħdu r-ritratt bil-mod tradizzjonali u anke jiżviluppawh.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com