Għaliex Pawla marret lura b’tal-linja wara date?

 Għaliex Pawla marret lura b’tal-linja wara date?

Ir-raba episodju ta’ VIP Date ta’ Stradarjali laqqa’ lil żewġ preżentaturi lokali magħrufa Paulette Gafa’, li bosta jafuha aktar bħala Pawla, u Jurgen Manicolo.

Huma ltaqgħu fir-restorant Al Legna f’Marsascala, kielu varjetà ta’ ikel bnin filwaqt li raw sensiela ta’ ritratti li ggwidaw il-konverżazzjoni tagħhom sabiex isiru jafu aktar lil xulxin u l-esperjenzi ta’ ħajjithom.

L-ewwel platt: Pizza Zaza u Foccacia Legna flimkien ma’ Fresh Lemon Iced Tea u Legna Pool Cocktail

Bejn daħka u nibxa, Pawla u Jurgen bdew id-diskussjoni tagħhom billi tkellmu fuq il-vjaġġi. Pawla qalet li l-isbaħ post li qatt marret fih kien il-Maldivi. Hi t-tip ta’ persuna li tħobb issiefer ħafna tant li malli tinżel mill-ajruplan tkun ġa lesta biex titla’ fuq ieħor! Madanakollu hi persuna li tobgħod tippakkja, partikolarment għax ma tqisx lilha nnifisha bħala persuna organizzata.

Min-naħa tiegħu Jurgen qal li hu persuna organizzata ħafna u saħansitra għandu lista li dejjem juża hu u jippakkja biex isiefer. B’dan il-mod ma jdumx ħafna jippakkja u lanqas ma jinsa affarijiet essenzjali li jkun irid jieħu miegħu. Intant qal lil Pawla li l-aħjar ġurnata u ħin li l-vjaġġi jkunu l-irħas huwa t-Tlieta waranofsinhar. Hu spjega wkoll li jinsab eċitat ħafna għall-vjaġġ li jmiss fejn se jkun qed iqatta’ ġimgħatejn il-Vjetnam.

It-taħdita tagħhom imxiet għall-ikel. Jurgen stqarr li hu jħobb jiekol minn kollox, madanakollu riċentament beda dietà allura qed ikollu jikkontrolla ftit iktar dak li jiekol. Pawla qalet li hi t-tip ta’ persuna li tippreferi l-ikel normali milli l-ħelu.

It-tieni platt: Pappardelle Pollo e Pistachio u Full Rack of Texas Ribs in homemade Jack Daniels BBQ sauce, flimkien ma’ flixkun inbid abjad Pecorino

Fost is-suġġetti li tkellmu dwarhom, kien hemm il-ħajja fuq it-televixin. Pawla qalet li minkejja kollox hi qatt ma kienet timmaġina li se tispiċċa fuq il-midja. Iżda minn meta pparteċipat f’Liquorish, bdiet taħdem fil-midja. Qalet li ġieli jiġuha ħsibijiet biex tieqaf, iżda meta tiltaqa’ ma’ persuni li jgħidulha kemm tferraħhom, tagħmel kuraġġ u tkompli għaddejja bil-ħajja tagħha fil-midja.

Irrakuntat kif meta marret l-Awstralja, kemm hemm tfajla li avviċinata u qaltilha li kienet se twettaq suwiċidju, iżda qabel ma għamlet dan fetħet il-mowbajl fejn rat vidjo ta’ Pawla. Qaltilha li tant daħkitha li ħassitha aħjar u rritornat lura d-dar. Sostniet li Pawla salvatilha ħajjitha.

Jurgen irrakkonta kif hu kiber jara programmi bi Brooke u Brendan, Lara u Bobo u Minnie u Griz. Dejjem kien jgħid kemm jixtieq ikun fuq it-tv. Imma l-familja tiegħu kienu kollha mistħijin. Meta għalaq 18-il sena u ġab il-liċenzja, beda jagħmel l-awdizzjonijiet u l-lezzjonijiet tad-drama u minn hemm beda l-karriera tiegħu.

Intom lil min tixtiequ li nistiednu bħala parteċipant tal-VIP date li jmiss? Għidulna fil-kummenti! Intant, jekk inti sid ta’ restorant u tixtieq tospita wieħed mill-episodji li jmiss, ikkuntattjana fuq [email protected]

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com