Għaliex saret daqshekk diffiċli li ngħidu nħobbok?

 Għaliex saret daqshekk diffiċli li ngħidu nħobbok?

Il-kelma imħabba jew inħobbok nisimgħuha ħafna fil-kanzunetti, fuq it-televixin u fuq ir-radju. Ngħiduha wkoll ħafna drabi, anke meta ma tkun direzzjonata lejn ħadd. Infatti ngħidu li nħobbu l-kejk taċ-ċikkulata, jew inħobbu mmorru l-baħar, jew inħobbu naqraw xi ktieb.

Iżda la darba hemm daqstant affarijiet li nħobbu, għaliex neħlu meta niġu biex nesprimu l-vera imħabba tagħna lil xi persuna oħra?

 

  1. L-imħabba saret xi ftit ikkumplikata – qabel kien hemm struttura, żewġ persuni jiltaqgħu, joħorġu ftit flimkien, jiddeċiedu li jridu jkunu flimkien, imbagħad jidħlu f’relazzjoni li eventwalment twassal għall-imħabba u aktar tard għaż-żwieġ. Illum il-ġurnata diversi persuni ma jirnexxielhomx jaslu għad-deċiżjoni li jkunu flimkien, allura bħal qishom jgħixu f’limbu permanenti. Minħabba f’hekk isibuha aktar diffiċli jaslu għall-punt fejn jesprimu l-imħabba tagħhom għall-persuna l-oħra.
  2. Sirna nibżgħu nikkommettu – il-biża’ li nitilfu opportunitajiet differenti (FOMO) hija ħaġa reali għal-lum il-ġurnata. Dan ifisser li tant ikun hemm għażla li tibża’ tikkommetti għal ħaġa waħda biss għax forsi din tista’ żżommok lura minn xi ħaġa li jaf tkun aħjar għalik. Din it-tip ta’ mentalità twassalna biex ma nippermettux li relazzjoni tasal fi stadju ta’ profondita vera li twassal għall-kelma “inħobbok”.
  3. Għax hemm xi ħadd li nafu li jużaha wisq – kulħadd jaf xi persuna li ma’ kull tliet kelmet tgħid “inħobbok”, u minflok xi ħaġa sabiħa u profonda tirrendiha xi ħaġa “normali”, “ta’ kuljum” u “għal kulħadd”.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com