“Ġiet liebsa qisha sejra l-pjazza” – Titħawdu x’tilbsu f’ċerti okkażjonijiet?
“Ġiet liebsa qisha sejra l-pjazza!” “Dak x’libes hemm, karnival!” “Kemm hu llamtat dak fejn ħaseb li sejjer?!”
Kummenti li jingħadu u jinstemgħu spiss. Anke bħala tqasqis għall-pjaċir u ż-żufjett imma jingħad ukoll biex persuna tirrimarka fuq l-ilbies tan-nies preżenti f’xi post jew ieħor.
Spiss nitħawdu wkoll x’tip ta’ lbies għandek tilbes f’ċerti okkażjonijiet speċjali. Jiddependi fejn tkun mistieden u minn min.
Serata klassika filgħaxija, imur ilbies twil, eleganti. Imma għandek dritt tilbes li tixtieq? Aħseb ukoll kif se tħossok jekk tilbes ċertu lbies li forsi mhux addattat. Inkella se jiġri li xorta se titlef il-gost għaliex ma tħossokx komdu/a.
Billi tiċċekkja ftit fuq l-internet, fejn illum issib kollox, ma ġara xejn ħażin. Jew inkella tieħu parir.
Biss, l-importanti jibqa’ dejjem il-fatt, li tkunu komdi. Basta ma tesaġerawx. Imbagħad f’idejkom. Free world!