Hawn min ma jkunx jiflaħ jgħid il-kelma prosit … irid imaqdar bilfors

 Hawn min ma jkunx jiflaħ jgħid il-kelma prosit … irid imaqdar bilfors

Pessimiżmu, għira jew kritika kostruttiva? Jiddependi l-aġenda tal-persuna. Jiddependi minn kif iwassallek il-ħsieb tiegħu.

Hawn min tagħmel x’tagħmel, qatt ma tikkuntentah. Apparti hekk, bla dubju, min ma jagħmel xejn ma jaqlax il-kritika. Il-kritika hija tajba diment li ġejja mill-ħsieb pożittiv u ta’ ġid.

Imma ssib min, jaralek u jiflilek kollox biex isiblek ix-xagħra fl-għaġina. Ma jkunx jiflaħ itenni l-kelma “Prosit”. Irid isib il-ħażin f’kollox.

Ma hemmx x’tagħmel. Kun lest għall-kritika u pprepara ruħek biex ma tiħux għalik. Anzi, araha mil-lenti t-tajba. Ħudha b’tagħlima biex ittejjeb is-servizz tiegħek.

Mill-bqija, m’għandekx kontroll fuq ħaddieħor. Kun kburi li qed twettaq.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com