Id-drammi tal-passjoni u l-pageants fostna – Tħobbuhom?
Il-Ġimgħa Mqaddsa ġġib magħha kult kbir ta’ tradizzjoni sabiħa f’pajjiżna. Bosta drammi jittellgħu fl-ibliet u rħula Maltin b’żgħażagħ u adulti kif ukoll tfal, jieħdu sehem mal-grupp tad-drama fil-lokal b’entużjażmu kbir.
Minn żmien għall-ieħor tellajna bosta artikli dwar drammi li qed isiru fostna. F’Malta hawn ukoll it-tradizzjoni tal-pageants li nibtet iżjed tard minn dik tad-drammi.
Ġeneralment issibhom f’irħula fejn ma jkunx hemm purċissjoni bħal f’Birkirkara. Imma mhux biss.
Saru jsiru drammi anke fuq iz-zuntier tal-Knisja f’xi rħula u dan ikompli jarrikixxi t-tradizzjonijiet sbieħ fostna.
Dawn l-avvenimenti jirrikjedu ħafna ħin, sagrifiċċju u anke spejjeż. Ta’ min japprezzahom. Tiskanta wkoll bit-talent kbir li joħroġ minn okkażjonijiet bħal dawn, tant li ċerti atturi jispikkaw u minn dawn il-mumenti, jiddeċiedu li jkomplu karriera fuq il-palk.
Qatt ħadtu sehem? Jgħoġbukom u tistennew il-pageants u d-drammi?
Itfgħu ritratti tagħkom fil-kummenti taħt l-artiklu.
Nawguraw lill-parteċipanti kollha. Prosit lilkom.