Il-Mongolja – “Ikun hemm jiem fejn inti toħroġ fit-triq u ma tiltaqa’ ma’ ħadd”

 Il-Mongolja – “Ikun hemm jiem fejn inti toħroġ fit-triq u ma tiltaqa’ ma’ ħadd”

Il-Mongolja huwa pajjiż kbir immens li jmiss mar-Russja fit-Tramuntana tiegħu u maċ-Ċina fin-Nofsinhar.

Jitqies bħala l-ikbar pajjiż fid-dinja mill-aspett ta’ daqs imma bl-inqas densità ta’ popolazzjoni.

Ikun hemm jiem fejn inti toħroġ fit-triq u ma tiltaqa’ ma’ ħadd, anqas persuna waħda. Il-pajjiż fih bosta muntanji, art agrikola u anke deżert. Jista’ jkun li dan huwa l-pajjiż li ħafna joħolmu li jkunu jgħixu fih.

L-ambjent li ssib f’dan il-pajjiż huwa meravilja b’annimali eżotiċi li forsi huma rari li naraw.

Jekk tfittex fuq l-internet dwar kemm huwa sigur il-pajjiż, issib li jkun hemm bosta rapporti ta’ kriminalità u serq mit-turisti, saħansitra minn fuq il-mezzi tat-trasport pubbliku.

Kontu tafu li fil-Mongolja hemm nies daqs kemm hemm żwiemel? U lil-ġelat huwa l-ħelu favorit tax-xitwa? U li hemm issib il-ġemel b’żewġ ħotbiet?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com