Il-famuża dawra bil-private x’ħin tinżel mill-ajruplan … u tkun biss ftit passi ‘l bogħod mill-ajruport

Għidu l-verità, ddejjaqkom din u ma tifilħux tagħmluha iżjed.
Ħafna jsaqsu imma għaliex? Tkun biss tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod mill-ajruport… ikollok ġenn biex tidħol ħa tiġbor il-bagalji imma jkollok tistenna passiġġier; wieħed wara l-ieħor sakemm jitilgħu f’din il-famuża private u mbagħad …. dawra mar-runway skont fejn imissek dakinhar.
Hemm min jgħid ħabba sigurtà, jew biex ma jkunx hemm konfużjoni. Boqq. Ma nafux. Imma sigurtà? Ma ġielix qsamna t-triq stess għall-ajurplan? L-istess tul ġieli jkun hemm. Antipatka wisq din.
Forsi wasal iż-żmien li jkollna t-tunnels diretti mill-ajruplan għall-ajruport kif naraw barra minn xtutna?!