Veru li n-nisa jteptpu għajnejhom aktar mill-irġiel?

 Veru li n-nisa jteptpu għajnejhom aktar mill-irġiel?

Taħsbu li huwa veru li n-nisa jteptpu għajnejhom aktar mill-irġiel? Filwaqt li ħafna jgħidu li dan huwa fatt, jiddispjaċina ngħidulkom li dan m’hu xejn ħlief mit.

Il-frekwenza tat-teptip tal-għajnejn hija prattikament identika kemm għan-nisa, kif ukoll għall-irġiel. Infatti x-xjentisti jissuġġerixxu li l-ħin bejn teptipa u oħra huwa ta’ medja bejn 2 u 10 sekondi. Dan ifisser li t-teptipa ssir madwar 10 darbiet kull minuta.

Fattur ieħor interessanti huwa li għajnejna nteptpuhom ħafna inqas meta nkunu ffukati fuq ħaġa waħda. Per eżempju, meta nkunu qed naqraw nispiċċaw inteptpu għajnejna madwar tliet darbiet kull minuta, għax inkunu ffukati.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com