“Il-fqir mhux kriminal” – Il-pubbliku għandu tendenza li jħallat ħaġa m’oħra?

 “Il-fqir mhux kriminal” – Il-pubbliku għandu tendenza li jħallat ħaġa m’oħra?

Patri Marcellino Micallef OFM għadda ħsieb waqt kunċert funebru fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħ’Attard nhar is-Sibt li għadda fejn saħaq kif teżisti tendenza li lill-fqir naħsbuh jew niġġudikawh bħala kriminal.

Dan hu ta’ weġgħa kbira. Spjega kif hawn ħafna uġiegħ fostna li aħna stess li niġġennu fuq it-tradizzjon tal-Ġimgħa l-Kbira, ma nirrealizzawx li qed niġġudikaw lil ħutna stess u nsallbu lil Kristu fi żmienna. Kemm verament qed ngħixu dan iż-żmien bi preparazzjoni għall-Għid?

Patri Marcellino Micallef imexxi The Soup Kitchen OFM Valletta, u jaħdem bla heda tiegħu flimkien mal-komunità Franġiskana. Biss biss insemmu li matul l-2022, mis-Soup Kitchen servew lil 30,450 persuna u 220 tifel u tifla li kielu 91,350 ikla ta’ nofsinhar.

F’sena waħda saru mas-27,000 packed lunch biex dawk li jmorru hemm ikunu jistgħu jieħduh magħhom biex jiekluh filgħaxija.

Din is-soup kitchen kienet bdiet topera wara li l-komunità Franġiskana rrestawrat refettorju antik fil-Kunvent tal-Franġiskani fi Triq Sant’Ursula fil-Belt Valletta. Hawn wieħed anke jistà anke jinħasel u jaħsel ħwejġu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com