Gootopia issa f’Malta . “Post huwa ideali biex it-tfal jesperimentaw u jilgħabu bis-slime”

 Gootopia issa f’Malta . “Post huwa ideali biex it-tfal jesperimentaw u jilgħabu bis-slime”

Minn Londra għal Malta … Gootopia. Gootopia hija attrazzjoni ġdida għal Malta ġewwa San Pawl il-Baħar!  Attrazzjoni unika fejn it-tfal jistgħu jmorru jagħmlu l-islime u anke jkollhom il-festin t’għeluq sninhom u jagħmluh hemmhekk. F’ Gootopia it-tfal jitgħallmu x-xjenza dwar is-slime u kif ukoll huwa post interattiv fejn it-tfal jirrilassaw u jkunu f’atmosfera sabiħa u tal-ġenn.

Ġewwa Gootopia it-tfal jieħdu gost u jagħmlu xi ħaġa li forsi fid-djar nevitawha għaliex tħammeġ xi ftit! Din l-attrazzjoni hija ideali biex it-tfal jesperimentaw billi jikkrejaw s-slime tagħhom bil-prodotti pprovduti u finalment jilgħabu logħob bih. Huwa spazju fejn it-tfal jistgħu jkunu krejattivi u ‘hands-on’ billi jikkrejaw slime b’kuluri differenti, irwejjaħ ifuħu u oġġetti oħra miegħu, saħansitra glitters … u fl-aħħar, ipoġġuh ġo kontenitur u jieħduh magħhom id-dar.

 

F’ Gootopia jsiru wkoll workshops fejn it-tfal jistgħu jqattgħu ħin ta’ divertiment fejn issirilhom preżentazzjoni fuq is-slime minn Dr.Goo u anke jagħmlu slime enormi flimkien magħrufa bħala ‘The Giant Slime’. Fl-aħħar ta’ l-attivita’ it-tfal imorru lura d-dar b’żewġ kontenituri ta’ slime magħhom bħala rigal u rikordju ta’ dak li jkun krejaw huma stess! 

Esperjenza indimentikabbli għat-tfal u żgur li jieħdu pjaċir – agħmlu xiħaġa differenti mis-soltu waqt il-vaganzi ta’ l-Għid, żuru Gootopia!  Idħlu fuq www.gootopia.mt jew ċemplu fuq  99930444 għal aktar informazzjoni.

Segwi l-paġna soċjali tagħhom FACEBOOK

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com