Il-meravilja mir-raġġi tax-xemx fl-Imnajdra – L-Ewkinozju

 Il-meravilja mir-raġġi tax-xemx fl-Imnajdra – L-Ewkinozju

Dalwaqt ser tibda r-Rebbiegħa; fil-21 ta’ Marzu. Fil-jiem ta’ qabel, jiġifieri fid-19 u l-20 ta’ dan, Heritage Malta qed tistiednek biex tmur tara meravilja li tħallik bla kliem fl-Imnajdra.

L-ewwel raġġi tax-xemx jaqsmu lit-tempju min-nofs; jgħaddu eżatt b’linja fina min-nofs. Kemm kienu kapaċi n-nies tal-pre istorja. Kienu għorrief biżżejjed fil-binja tat-tempju biex għenu lilhom infushom ikunu jafu meta beda u spiċċa staġun. L-istaġuni kienu importanti għal dawn in-nies.

Din hija opportunità unika u mhux ta’ min jitlifha.

Inħeġġukom tmorru u tesperjenzawha. L-avventura tibda fil-5.30 ta’ filgħodu. Ilbsu pappoċċ komdu u qumu kmieni. Ma jiddispjaċikomx żgur.

Żuru heritagemalta.mt għal aktar dettalji.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com