It-tim tan-Nisa fil-kampjonat Ewropew tas-softball – L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Baseball u s- Softball

 It-tim tan-Nisa fil-kampjonat Ewropew tas-softball – L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Baseball u s- Softball

Dan huwa Tim formidabbli li ma tantx nisimgħu dwaru. Huwa sport sabiħ immens u inti tista’ wkoll tingħaqad magħhom.

L-ewwel parteċipazzjoni tat-tim Malti saret fl-2022 f’San Boi li hija belt fil-provinċja ta’ Barċelona fi Spanja. Dan it-tim diġà kellu żewġ rebħiet għalkemm m’ilux daqstant iffurmat. Rebħu kontra l-Finlandja bl-iskor ta’ 17-3 u kontra t-Turkija bl-iskor ta’ 8-0. B’kollox, it-tim fih 17 -il player u jittrenjaw tliet darbiet fil-ġimgħa.

Jinsabu fid-19 -il pożizzjoni minn 21 tim fejn issa jmisshom li jilagħbu f’Utrecht fl-Olanda.

L-għan tat-tim huwa li issa jagħmluha mal-aqwa 15 tal-Ewropa.

Interessanti wkoll li f’Novembru tal-2023, ġie organizzat tournament internazzjonali ta’ ħbiberija f’Malta bi preparazzjoni għall-kampjonat Ewropew.

Nawgurawlhom minn qalbna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com