Il-purtiera li ċċartet min-nofs, kienet ħoxna sew u wiesgħa 60 pied
Għaliex jissemma daqstant bi prominenza l-mument ta’ meta malli Kristu miet fuq is-salib, il-purtiera tat-tempju ċċartet min-nofs?
Il-Knisja Kattolika tqis dan bħala sinjal divin anke minħabba l-fatt li purtiera ta’ dik il-kwalità li kienet ħoxna mmens daqs 10 ċentimetri u wiesgħa fit-tul mas-60 pied, ma kinitx faċli tiċċarrat.
Din il-purtiera kienet minsuġa bil-kerubini (anġli fuqha) u kellha l-kuluri blu, vjola u abjad. u roża.
Is-simboliżmu ta’ dan il-mument ifisser li f’dak il-ħin, Kristu nfetaħ għall-pubbliku. Qabel, kien ikun hemm partijiet mit-tempju li fiha ma kienx jista’ jidħol kulħadd. Kienet sagra. Bil-mewt ta’ Kristu, huwa offra lilu nnifsu għal kulħadd.