“Is-suċċess ma jiġix waħdu”…kif tasal għalih?

 “Is-suċċess ma jiġix waħdu”…kif tasal għalih?

Jekk forsi dak li jkun jaħseb li kull min kiseb suċċess f’xi ambitu jew ieħor ġieh faċli u mingħajr ħafna xogħol u konsistenza, mela sejjer żball. Is-suċċess ma jiġix waħdu! Jiġi grazzi għal diversi drawwiet pożittivi li jkollu dak li jkun u l-insistenza li jżomm magħhom.

Iżda ngħidu aħna, xi drawwiet għandhom persuni ta’ suċċess?

  1. Huma persuni organizzati, jiġifieri jippjanaw l-affarijiet u jkollhom miri u prijoritajiet li jiggwidawhom.
  2. Jifhmu l-bżonn tar-rilassament u jużaw tipi differenti ta’ meditazzjoni biex jitgħallmu jirrilassaw aktar u jorganizzaw il-ħsibijiet tagħhom.
  3. Wara li jorganizzaw u jippjanaw, jieħdu wkoll azzjoni. Mingħajr ma tieħu azzjoni huwa verament diffiċli, biex ma ngħidux impossibbli, tasal għal dak li tixtieq!
  4. Jieħdu ħsieb tagħhom innifishom billi jikkontrollaw dak li jieklu, jagħmlu eżerċizzju u jieħdu ħsieb l-iġene personali.
  5. Għandhom attitudni pożittiva u ma jarawx kollox ħażin. Din it-tip ta’ attitudni twassalhom biex jiksbu s-suċċess.
  6. Huma t-tip ta’ persuni li jħobbu jiltaqgħu ma’ nies oħrajn u jaqsmu l-ideat flimkien.
  7. Joqgħodu attenti ta’ kif jonfqu l-flus u ma jberbquhomx fuq affarijiet bla skop u żejda.
  8. Ma jdumux jitlajjaw fis-sodda iżda jqumu kmieni sabiex ikollhom aktar ħin biex jilħqu l-għanijiet tagħhom.
  9. Huma t-tip ta’ persuni li jaqsmu ma’ ħaddieħor kemm fejn jidħlu ideat u anke fejn jidħlu atti ta’ karita.
  10. Jiddedikaw ħin sabiex jaqraw kemm għall-gost, iżda wkoll biex jitgħallmu aktar.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com