Impressjonanti! Kif jistrajkaw il-ħaddiema tal-linji ferrovjarji fil-Ġappun?

Strajk isir kullimkien. Ikun irid iwassal messaġġ. Imma meta l-Ġappuni li jaħdmu bħala xufiera tal-ferroviji, xorta waħda jmorru għax-xogħol, il-ferrovija xorta taħdem fil-ħin u n-nies xorta jmorru fejn jixtiequ bla ebda interuzzjoni.
Madankollu, kull vjaġġ ikun b’xejn. Dan ifisser li l-prezz jitħallas minn min iħaddem u jkollu t-toqol finanzjarju tiegħu. Il-messaġġ jasal xorta u jasal iżjed.
Dan iġib sapport mill-pubbliku u jitfa’ pressjoni fuq l-awtoritajiet. U hekk jirbaħ kulħadd u min iħaddem ikollu jaderixxi nkella jispiċċa jrid iħallas iżjed u kif jgħid il-Malti: Tiġieh iz-zalza ogħla mill-ħuta.