Imur isewwi n-nuċċali – Il-Papa umli u ma jitkabbarx bil-pożizzjoni tiegħu
L-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Vatikan Frank Zammit, ippubblika ġrajja li seħħet ftit ilu fuq il-midja soċjali tiegħu dwar Papa Franġisku, li turina l-umiltà ta’ persuna awtorevoli imma li tagħti l-eżempju.
Kiteb kif darba fost l-oħrajn, kif daqqu s-sebgħa ta’ filgħaxija, karozza skura bin-number plates tal-Belt tal-Vatikan dehret dieħla f’Via Balbuino, qrib Piazza del Popolo fiċ-ċentru ta’ Ruma.
Minnha ħareġ monsinjur “fih raġel”. B’sorpriża għal dawk fl-akkwata, dan ma kien ħadd ħlief Papa Franġisku li dlonk daħal ġo ħanut tan-nuċċalijiet.
Daħal dritt ħdejn is-sid; is-Sur Luigi Spezie u l-Papa talbu jibdillu l-lentijiet. Skont il-Papa, in-nuċċali kien għadu tajjeb u xtaq jieħu ftit oħra minnu.
Qallu li ma xtaqx jonfoq ħafna imma li ried iħallas.
Bla dubju, in-nies bdew jinġabru viċin il-ħanut għaliex il-kelma tiġri, u l-Papa jibqa’ l-Papa. B’kollox, għamel madwar 40 minuta fil-ħanut.
Taħ in-nuċċali, ħallas u sellem lil dawk li nġabru barra l-ħanut u baqa’ sejjer lejn Domus Santa Marta; ir-residenza tal-Papa fil-Belt tal-Vatikan.
Kemm hi sabiħa l-umiltà. Mhux kulħadd jaf jibqa’ umli meta jkun f’pożizzjoni għolja.