“In-nanna għandha ritratt ta’ politiku b’xemgħa quddiemu”
Meta tidħlu f’xi dar ta’ xi anzjan jew anzjana, mhux l-ewwel darba li ssibu ritratt ta’ xi politiku b’xemgħa quddiemu daqs li kieku kien xi qaddis. Huma diversi dawk iż-żgħażagħ li jidħlu għand in-nanniet tagħhom, isibu din ix-xena u li jitħawdu ftit li xejn dwar x’inhu l-iskop tagħha.
Filwaqt li kieku kien ritratt ta’ xi Ġesù msallab, tal-madonna, jew xi qaddis padrun tal-villaġġ, wieħed ikun jista’ jifhem ir-raġuni wara x-xemgħa, huwa normali li wieħed jixgħel xemgħa lil persuna fil-politika?
Fl-użanza kattolika, li tixgħel xemgħa quddiem xi statwa jew santa tirrappreżenta talba offrutha lil Alla bl-interċessjoni ta’ dak il-qaddis jew qaddisa. Hija simbolu tal-fidi Kattolika.
Allura x-xemgħa quddiem ritratt ta’ politiku, speċjalment jekk dal-politiku għadu ħaj u jferfer, tagħmel sens? Intom tafu lil xi ħadd li għandu dat-tip ta’ spazju ddedikat għal xi politiku fid-dar tiegħu?