Mara miżżewġa bit-tfal, għandha dritt issiefer jumejn mal-ħbieb?

 Mara miżżewġa bit-tfal, għandha dritt issiefer jumejn mal-ħbieb?

Ftit ilu rċevejna din il-mistoqsija bħala suġġett biex nitkellmu dwaru. Tajjeb li niddiskutu flimkien u nuru l-opinjoni tagħna, biss, mingħajr ma nweġġgħu. Li niddiskutu jew li nqajmu suġġetti interessanti li jolqtuna, hija xi ħaġa b’saħħitha u li tgħinna ngħixu aħjar. Forsi wkoll, fil-paċi magħna nfusna.

Intom x’taħsbu dwar dan is-suġġett? Għandha omm issiefer ma’ sħabha? Tarawha xi ħaġa ħażina jekk tagħmel hekk u li abbandunat it-tfal?

Ma naħsbux li huwa hekk. Imma din hija opinjoni. Kulħadd jaraha mil-lenti tiegħu.

Ma jfissirx li għax tiżżewweġ u jkollok it-tfal, tispiċċa d-dinja. Jew li ma tagħmilx affarijiet oħra sbieħ fil-ħajja tiegħek. It-tfal huma sbieħ; huma ħajtek. Huma l-qalb tiegħek. Billi taqta’ jumejn tarawha xi ħaġa ħażina?

U meta l-missier fl-antik kien isiefer biex jaħdem? Allura dak abbanduna l-familja? Jew għax semmejna jumejn btala, allura divertiment, jiġi ħażin?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com