Jekk tlabt għajnuna fuq biċċa xogħol iebsa lil xi ħadd, tieħ ċans jipprova jaqdik!!!
Kemm tiġri din. Manija tagħna. Nitolbu xi ħaġa fuq suġġett jew ieħor, kwistjoni jew oħra u nippretendu risposta filgħaxija jew l-għada, jekk mhux dak il-ħin.
Din tissejjaħ Instant Gratification għaliex il-persuna tkun trid xi ħaġa dak il-ħin kif tixtieq hi. Tant u hekk, li għalhekk il-kafè jissejjaħ instant coffee għaliex kemm titfa’ mgħarfa kafè u jkun lest mentri l-kafè ta’ veru mhux hekk. Jieħu l-ħin.
Fil-ħajja rridu nidraw nistennew b’paċenzja. Iżjed u iżjed meta għandna bżonn ħaddieħor. Din tgħodd f’diversi strati fis-soċjetà, saħansitra anke fil-politika fejn persuna/kostitwent li jitlob għajnuna lill-politiku, ikun irid risposta fissa inkella jhedded bil-vot.
Dan xejn ma jagħmel għajb għad-dinjità tal-bniedem li jagħmel hekk.
Nistennew ftit… pass pass fil-ħajja.