Jgħinuk il-ġenituri fil-qadi? Jew tgħinhom int?

Fid-dinja li qed ngħixu, spiss nisimgħu: “Imnalla kienet ommi, marritli għat-tfal.” “Imnalla mar missieri jiftaħ għax għadni xogħol.”
Imtlejna. Minn filgħodu sa filgħaxija. L-ugwaljanza sabiħa fil-karrieri. Imma l-familja la bnejnieha, sabiħa li tkun indukrata wkoll.
Jiġri spiss li flok bħal dari, ngħinu lill-ġenituri fil-qadi tagħhom għax issa kibru u huma daru bina biżżejjed, qegħdin xorta waħda jduru bina llum anke li kbirna, minħabba li tant aħna mpenjati, li anqas għandna ċans biex inlaħħqu ma’ kollox.
X’taħsbu fuqha din?