L-Għid f’Għid – Araw kemm hemm attivitajiet sbieħ

 L-Għid f’Għid – Araw kemm hemm attivitajiet sbieħ

Ftit tal-jiem ilu tnieda l-programm tal-Għid f’Għawdex, immirat għall-familja kollha. L-attivitajiet relatati mar-Randan, il-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir f’Għawdex bdew fl-1 ta’ Marzu u jibqgħu sejrin sal-31 ta’ Marzu 2024.

L-Għid f’Għawdex joffri esperjenza awtentika u tradizzjonali mhux biss mill-aspett reliġjuż imma wkoll storiku u kulturali.

Il-programm ta’ attivitajiet ‘L-Għid f’Għawdex’ huwa mħejji mid-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u jinkludi diversi funzjonijiet, purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira, għadd ta’ kunċerti ta’ mużika sagra, bosta esibizzjonijiet tal-arti viżiva, iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Għid il-Kbir bl-Istatwa tal-Irxoxt, kif ukoll attivitajiet għat-tfal, fost oħrajn.

Bosta wirjiet kemm minn individwi u anke dawk mill-għaqdiet ma jonqsux.

Wieħed jista’ jikseb aktar informazzjoni minn fuq is-sit eventsingozo.com jew jidħol fuq https://issuu.com/visitgozo/docs/easter_in_gozo_2024 sabiex jaċċessa l-programm sħiħ.

Titilfuhomx.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com