Jiġuk mumenti fejn taqta’ qalbek?

 Jiġuk mumenti fejn taqta’ qalbek?

Fil-ħajja se jkollok diversi punti fejn xi ftit jew wisq taqta’ qalbek. Tibda tistaqsi lilek innifsek, imma x’qed nagħmel b’ħajti? Imma din il-ħaġa se ġġibli l-kuntentizza li rrid? Imma xi skop qed nipprova nilħaq b’dan kollu?

Ġieli jiġu ġranet fejn l-affarijiet li s-soltu ma ssibx problema tagħmel, tibda ssibhom bi tqal. Ikollok nuqqas ta’ aptit u tibda taqta’ qalbek. Meta jiġuk mumenti bħal dawn, ftakar f’dawn il-punti:

  1. Ikkunsidra dak kollu li jkun qed jgħidlek moħħok bħala suġġeriment, mhux ordni. B’dan il-mod, tibda tara l-affarijiet bħala opzjoni u b’hekk tagħti lilek inniffsek l-opportunità li tagħżel.
  2. Fakkar lilek innifsek li ll-perjodu ta’ skonfort huwa biss temporanju.
  3. Mhux se jiddispjaċik li tkun għamilt xogħol tajjeb, anke jekk ma tantx għandek aptitu bħalissa.
  4. Kif qed tħossok issa huwa wkoll parti mill-ħajja, fejn hemm bilanċ bejn mumenti sbieħ u mumenti ta’ xi ftit skonfort.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com