Kif inbidlet il-popolazzjoni fl-irħula Maltin mill-1912?

 Kif inbidlet il-popolazzjoni fl-irħula Maltin mill-1912?

Huwa faċli tinduna li l-popolazzjoni, kif ukoll il-ħajja f’Malta nbidlet kompletament matul l-aħħar mitt sena. Infatti, il-popolazzjoni f’Malta madwar 100 sena ilu kienet kompletament differenti mir-realtà tal-lum.

Malta fl-1912

Lura fl-1912 f’Malta kien hawn total ta’ 184,742 persuna. Minn dawn, 1,850 kienu Ingliżi, filwaqt li 2,393 kienu barranin minn pajjiżi oħrajn.

Intant, fl-ibliet, l-irħula u l-villaġġi ta’ Malta, il-popolazzjoni kienet ukoll differenti. Infatti dak iż-żmien, il-Belt Valletta kienet tospita l-akbar għadd ta’ nies b’total ta’ 22,680 persuna li kienu jgħixu hemm. Fit-tieni post kien hemm il-Bormla, b’total ta’ 12,148. Fit-tielet post imbagħad kien hemm Tas-Sliema b’total ta’ 10,507, segwit mill-Ħamrun b’total ta’ 10,393. Fil-Ħames post imbagħad wieħed kien isib lil Birkirkara b’total ta’ 8,417 persuna.

Intant irħula bħan-Naxxar u San Pawl il-Baħar ma kinux popolari daqs illum. Fin-Naxxar infatti kienu jgħixu biss 154 persuna, filwaqt li f’San Pawl il-Baħar kienu jgħixu biss 185 persuna.

Malta fl-2024

Il-popolazzjoni f’Malta bħalissa hija aktar mid-doppju ta’ dik ta’ mitt sena ilu! Infatti, bħalissa l-popolazzjoni hija ta’ aktar minn 536,000 persuna. Madwar 371,000 huma Maltin, filwaqt li l-bqija huma kollha barranin. Skond statistika maħruġa mill-gvern fl-2023, minn dawn 8.7% huma Ewropej, 5.9% huma persuni li ġejjin minn barra mill-Ewropa, 1.9% huma Ingliżi, filwaqt li 11.5% għandhom permess ta’ residenza singola.

Fejn tidħol id-densità tal-popolazzjoni fl-irħula Maltin għandna wkoll bidla kbira. Infatti minn wieħed mill-villaġġi bl-inqas numru ta’ popolazzjoni, San Pawl il-Baħar illum il-ġurnata huwa l-villaġġ bl-akbar għadd ta’ ċittadini. Illum il-ġurnata l-għadd jaqbeż 36,000 resident. It-tieni l-akbar popolazzjoni tinsab f’Birkirkara b’aktar minn 18,000 persuna tgħix hemm. Fit-tielet post hemm il-Mosta b’aktar minn 17,700 persuna. Warajhom hemm Ħaż-Żabbar u Ħal Qormi b’madwar 14,000 persuna f’kull wieħed.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com