John Cena bla ħwejjeġ fl-Oscars … mur ġibha ġrat f’Malta din!
John Cena, li ismu sħiħ huwa John Felix Anthony Cena huwa attur, ġellied (wrestler) u kien ukoll rapper Amerikan.
Fl-Oscars tal-Ħadd li għadda, daħal fuq il-palk jgħatti l-parti privata tiegħu bl-envelopp tar-rebbieħ li kien se jħabbar. Ma kienx totalment għarwien għaliex kellu għatta kulur il-laħam.
Huwa ppreżenta l-award għall-aqwa disinn ta’ kostum. Spiss tara nies li filwaqt li kieku xi ħaġa hekk tkun ġrat Malta, ħoll xagħarek u ġib iż-żejt … ma jiddejqux jagħmlu like fuq posts relatati mad-dehra tiegħu fl-Oscars.
Allura l-mistoqsija tiġi waħedha: Hawn Maltin li għax f’Malta ħażin, u għax f’barra ngħoxew?