Kemm hu minnu li jekk tagħmel 10,000 pass kuljum tkun qed tagħmel tajjeb?
Smajna b’ħafna counters li jgħoddu l-passi li tagħmel kuljum, u forsi għandna wkoll fuq il-mobiles tagħna. Tieħu gost meta tgħaqqad l-10,000 pass u l-iscreen tal-mobile jiġi qisu bil-karti kkuluriti bħal meta tirbaħ il-jack pot.
Trid tpoġġi kollox fuq miżien u tiżen dan kollu.
Nibdew billi:
- kull pass li tagħmel bil-mixi huwa ta’ ġid.
- iżjed kemm tagħmel, iżjed aħjar
Iżda jiddependi wkoll fuq l-età. Nies taħt is-60 sena, bejn 8-10 t’elef pass kuljum huma tajbin ħafna. Dawk li għandhom ‘il fuq minn 60 sena, jekk jagħmlu bejn 6-8 t’elef pass, ikun tajjeb ħafna għalihom.
Jekk tippreferi l-gym, se tuża inqas ħin biex taħraq il-kaloriji li taħraq f’mixja. Trid timxi ħafna ħafna iżjed biex taħraq il-kaloriji li taħraq fi ftit ħin il-gym. Skont x’tagħmel imbagħad.
Iżda, il-mixi dejjem jibqa’ tajjeb. Prova żid il-ħin tiegħek. Fl-aħħar mill-aħħar, dan huwa l-ħin li int tkun qed tagħti xi ħaġa tajba lilek innifsek.