Kemm-il darba tħares lejn il-mobile ta’ kuljum?

 Kemm-il darba tħares lejn il-mobile ta’ kuljum?

Fid-dinja tal-lum sirna wisq dipendenti u xi ftit ossessjonati bit-teknoloġija, partikolarment il-mowbajl. Hemm min jużah bħala kalendarju, oħrajn biex jieħdu n-noti, oħrajn għax-xogħol, min biex iħallas u min biex iqalleb fuq il-midja soċjali. Sirna tant dipendenti li jekk niġu f’punt fejn ma nkunux nistgħu nagħmlu użu mill-mowbajl inħossuna totalment bħal ħuta barra mill-ilma.

Infatti, il-persuna adulta medja tuża l-mowbajl minn tal-inqas darba kull 12-il minuta, jiġifieri madwar 80 darba f’ġurnata. Dan in-numru jvarja skond l-individwu, tant li hawn persuni li jużaw il-mowbajl b’mod ħafna aktar frekwenti.

Intant, l-adolexxenti, b’mod partikolari, huma magħrufa li jużaw jew iħarsu lejn il-mowbajl b’mod aktar frekwenti b’uħud anke kull ħames minuti!

Hekk kif il-mowbajls isiru dejjem aktar effiċjenti u jwassluna sabiex insiru aktar dipendenti, huwa mistenni li l-frekwenza tal-użu ta’ kuljum tkompli tiżdied.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com