X’għandhom speċjali s-Simpsons?

 X’għandhom speċjali s-Simpsons?

The Simpsons hija produzzjoni minn Gracie Films u t-20th Television. F’Jannar tas-sena 2023, reġgħu komplew il-35 u s-36 staġun. B’kollox, dawn l-istaġuni fihom 51 episodju.

Is-suċċess tagħhom kien li juru l-ħajja ta’ kuljum tal-familja fejn l-udjenza tirrelata magħhom. Ovvjament, il-karattri jaġixxu b’mod esaġerat apposta imma li jinżel tajjeb mal-pubbliku.

Din il-produzzjoni għadha tiġġenera l-miljuni fi qliegħ. L-atturi tal-vuċi (voice actors) ukoll saru miljunarji.

Imma interessanti jibqa’ l-fatt, li The Simpsons kienu tajbin biex ibassru l-futur. Eżempju; bassru li se jilħaq Donald Trump bħala l-President tal-istati Uniti. Fl-2016, bassru l-viżjon tal-Apple: il-Pro virtual reality bil-headset.

Produzzjoni minnhom lura fl-2007, bassret li fl-2025 ser ikun hawn diżastru kbir ambjentali. Nispera li din ma sseħħx.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com