Kif jintagħżlu l-ġurati għal xi ġuri? Tista’ tevitaha?
Jekk inti qed fuq il-lista kbira li tiġi aġġornata kull sena, bħala dawk il-persuni li jistgħu jservu ta’ ġurati, inti jrid ikollok raġuni valida għaliex ma taċċettax dan l-irwol.
Fil-bidu tal-ġuri, jissejħu ammont ta’ persuni fil-Qorti biex jintagħżlu l-Prim Ġurat, tmien ġurati kif ukoll ir-riżervi.
L-irwol huwa li jagħtu l-verdett favur jew kontra l-akkużat.
Dawk eżentati li jissejħu bħala ġurati huma l-letturi tal-Università, kapijiet ta’ skola u għalliema, pulizija, tobba u infermiera u anke segretarji eżekuttivi u kunsilliera.
Biex isservi bħala ġurat, wieħed irid:
- ikun laħaq l-età ta’ 21 sena
- ikun resident/a u ċittadin ta’ Malta
- ikollu għarfien adegwat tal-lingwa Maltija (u, fil-każ ta’ ġurati għall-proċess ta’ persuni li jitkellmu bl-Ingliż, għarfien adegwat tal-lingwa Ingliża)
- ikun ta’ karattru tajjeb
- ikun kompetenti biex isservi ta’ ġurat.
Interessanti. Persuna li temmen li għandha raġuni valida biex tiġi eżentata milli sservi bħala ġurat għal xahar partikolari, jew li taħseb li għandha titneħħa b’mod definittiv mil-listi ġenerali, tista’ tressaq rikors quddiem il-Qorti Kriminali, u tipproduċi dokumenti ta’ sostenn fejn meħtieġ. It-talba tista’ ssir jew permezz ta’ rikors formali ppreżentat fil-qorti, jew permezz ta’ ittra indirizzata lir-Reġistratur, il-Qrati Kriminali u t-Tribunali.