Kif tista’ tuża l-fann tas-saqaf fix-xitwa u tifranka fil-kont tad-dawl?

 Kif tista’ tuża l-fann tas-saqaf fix-xitwa u tifranka fil-kont tad-dawl?

Kont taf li jekk għandek fann imwaħħal mas-saqaf jista’ jkun li għandu modalità li tippermetti li tużah anke fix-xitwa?

Iva, sewwa smajtu, il-fann li għandek imwaħħal mas-saqaf, jekk jippermetti li tibdel id-direzzjoni li fih iduru l-ġwienaħ tiegħu, mela tista’ tagħmel użu minnu fix-xitwa biex jgħinek tiċċirkola l-arja tal-kamra b’mod effiċjenti, kif ukoll tiffranka ftit fuq il-kont tad-dawl.

Fis-sajf, il-fann għandu jdur kontra l-arloġġ. B’dan il-mod iwsaddab l-arja l-isfel, minn taħt il-ġwienaħ. B’dan il-moviment jikkrea żiffa diretta u friska. Intant, fix-xitwa trid tkun favur l-arloġġ. Il-fann hawnekk jarmi l-arju ‘l fuq u biha jimbotta l-arja sħuna li tkun inġabret viċin is-saqaf tal-kamra l-isfel.

Sfortunatament mhux kull fann kapaċi jagħmel dan. Infatti trid tinstalla fann apposta li jħallik tgħażel id-direzzjoni li jdur fiha jew permezz ta’ remote, switch mal-ħajt jew app fuq il-mowbajl.

B’dan il-metodu, tista’ tnaqqas il-bżonn li tagħmel sigħat twal ħafna bil-air conditioner mixgħul biex isaħħanlek id-dar u tiffranka aktar fil-kontijiet futuri tiegħek.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com