L-infermiera u t-tobba x’jaħsbu meta jaraw il-pazjent għarwien quddiemhom?

 L-infermiera u t-tobba x’jaħsbu meta jaraw il-pazjent għarwien quddiemhom?

Stenna, qabel taħsbu li ktibna artiklu taċ-ċajt. Le mhux il-punt. Anzi, irridu ngħinu fil-moral tagħna. M’għandniex nistħu mit-tabib jew minn min ser jieħu ħsiebna jekk ikollna bżonn sptar.

Dari, kien hawn l-użanza li fid-dar, ikun hemm kexxun lest li jissejjaħ ‘tal-isptar’, bi ħwejjeġ ta’ taħt ġodda u nodfa f’każ li xi ħadd mill-familja jkollu bżonn imur emerġenza. Imma emerġenza isimha magħha, emerġenza. Ġieli ma tkunx taf fejn tkun u tinqalgħalek. Dan l-argument iqum meta l-ġenituri jitkellmu mal-ulied dwar ħwejjeġ ta’ taħt sura, diċenti u nodfa.

Fir-rigward ta’ kif nidhru meta nkunu bla ħwejjeġ, m’hemmx x’taħseb. Kunu komdi magħkom infuskom. Min hu oħxon jew irqiq, min twil jew qasir … irridu nitgħallmu nidraw b’dak li aħna. Mhux qed ngħidu li ma niħdux ħsieb nittranġaw fis-sens ta’ dieta tajba biex inneħħu piż żejjed eċċ, eċċ, imma ħadd u qatt m’għandha persuna toqgħod lura milli tmur għal xi kura minħabba li tistħi għax se jarawha għarwiena u forsi mhix kuntenta b’ġisimha.

Ejjew naraw il-prijoritajiet. Nieħdu ħsieb saħħitna u nagħmlu dak li huwa meħtieġ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com