Tazza ilma qabel jew wara l-espresso?

 Tazza ilma qabel jew wara l-espresso?

Kwistjoni li tqum spiss. Min jgħid ħaġa u min oħra. Jibdew imeru lil xulxin. Imma din hija l-verità.

It-tazza ilma li jtuk mal-espresso (nota: mhux kulħadd itihielek), trid tixrobha qabel li tixrob l-espresso. L-iskop huwa li int tlaħlaħ ħalqek mill-palat ta’ togħmiet differenti li jkollok u ttiegħem sew it-tjubija tal-kafè f’forma ta’ espresso.

Hemm min jaħseb li t-tazza ilma trid tinxtorob wara, minħabba li l-espresso jkun qawwi. Jekk tagħmel hekk, tkun qed titlef is-sens kollu għaliex ħadt l-espresso.

Din it-tazza ilma qabel, hija wkoll utli minħabba li l-kafè; hu x’inhu, jnixxef. tajjeb ninfurmaw ruħna sew.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com