L-Kapitali tal-Għerien. Qatt żortuhom?

 L-Kapitali tal-Għerien. Qatt żortuhom?

L-għerien magħrufa bħala The Sacromonte u Guadix kienu d-djar ta’ komunitajiet ta’ nies li għexu fil-passat u li għad hemm Spanjoli li jgħixu fihom f’din it-tip ta’ ħajja sal-lum.

Dan l-istil ta’ ħajja tmur lura għas-seklu 15. B’kollox hemm madwar 2,000 dar taħt l-art bħal donnhom imnaqqxin fil-blat. Kienu jintużaw biex nies ta’ dak iż-żmien jaħarbu l-persekuzzjoni u r-razziżmu minħabba reliġjon.

Illum, dawn l-imkejjen joffru post ta’ residenza għal komunitajiet ġodda iżda li għażlu li jibqgħu jgħixu fuq l-istil ta’ missirijiethom. Xi ġmiel!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com