Ma nsibx parkeġġ u nibqa’ sejra …
Din kedda kbira. Hawn imkejjen f’pajjiżna li qabel ma tmur, tkun taf li mhux se ssib parkeġġ. L-aptit jibda jinqatgħalek minn qabel. Issa jiddependi mill-kuraġġ li jkollok … u forsi l-burdata tal-jum kif ukoll ma’ min tkun se tiltaqa’.
Jew tiġġieled miegħek innifsek, tmur, tipprova ssib parkeġġ u tieħu gost. Jew tħallieha ssir l-iskuża tiegħek biex iddur dawra waħda, tinġabar f’darek u tibgħat messaġġ: “Ma sibtx nipparkja, bqajt sejra.”
Jekk taħdem b’tal-aħħar f’pajjiżna, se jkunu ħafna d-drabi li se jiġrilek hekk.
Irridu nadattaw u naħsbu qabel, kif ukoll nagħmlu sforz ħalli ngħixu, inkella jekk naqtgħu qalbna dejjem, nispiċċaw maqtugħin għalina.
Imma l-parkeġġ problema kbira iżjed ma jgħaddi ż-żmien!