Malta r-raba’ l-aqwa pajjiż fl-UE għal startups innovattivi
Pajjiżna r-4 minn 21 pajjiż fuq l-iskala tal-‘Startup Nations Standards’ tal-ESNA.
Malta kklassifikata bħala r-raba’ l-aqwa destinazzjoni għal Startups Innovattivi minn stħarriġ li sar minn ‘Europe Startup Nations Alliance’ fost 21 pajjiż tal-UE. Dan ħareġ fl-ewwel analiżi teknika tax-xorta tagħha mill-entità li nħolqot apposta mill-Unjoni Ewropea. Il-Malta
Enterprise tirrappreżenta lil Malta fl-ESNA.
Qabel Malta, ikklassifikaw biss pajjiżi kbar bħal Spanja u Franza flimkien mal-Belġju. Malta kienet fost 10 pajjiżi biss li qabżu l-medja kumplessiva fuq l-istandards stipulati mill-ESNA. L-hekk imsejjħa ‘Startup Nations Standards’ huma 8 standards ta eċċellenza fil-qasam tal-
istartups. Spanja u Franza ġabu l-aqwa ċertifikat bi 87% fil-mija, il-Belġju b’74 u ssegwi Malta b’73%.
Malta saħansittra laħqet il-punteġġ massimu ta’ mija fil-mija jew ekwivalenti – u hija l-aqwa fost il-pajjiżi kollha fi tliet oqsma minn tmienja. Dawn huma 1. l-attrazzjoni ta’ talent ġdid lejn Malta u l-ħila biex dan jinżamm, 2. dwar kif għoddod diġitali huma l-punt ta’
kommunikazzjoni ewlieni bejn startups u entitajiet tal-Gvern kif wkoll 3. l-ewwel pożizzjoni b’rabta mal-inqas ħin sabiex wieħed jirreġistra kumpanija ġdida.
Qasam ieħor li fih pajjiżna jitqabbel b’mod tajjeb huwa dwar kif jinħolqu liġijiet b’mod innovattiv sabiex jirregolaw oqsma emergenti.
Minn naħa l-oħra punti li dwarhom Malta titqabbel tajjeb iżda li għandhom bżonn iktar xogħol jinkludu l-bżonn ta’ firxa usa ta’ metodi sabiex wieħed jiġbor investimenti fil- kumpanija startup tiegħu u anke li l-kunċett li l-ħaddiema jiġu offruti ishma f’dawn it-tip ta’ kumpaniji.
Dwar dawn l-oqsma, il-Gvern qed jaħdem diġà sabiex iwettaq sensiela ta’ miżuri li jsaħħu pajjiżna iktar bħala pajjiż ideali għal Startups innovattivi. Għal dan il-għan Malta Enterprise qed tħejji Startup Framework bil-għan li s-settur tal-Istartups ikollu qafas leġislattiv iktar
favorevoli, kemm għall-Istartups u anke għall-investituri fi Startups.
Malta Enterprise qed tkompli ssaħħaħ ukoll l-inċentivi tagħha bħall-Business Start u Startup Finance li jwasslu għal assistenza sa massimu ta’ €1.5m.
Mil-lat ta’ finanzjament usa l-Gvern għadu kemm ħabbar il-ħolqien ta Venture Capital fund ta’ 10 miljun ewro sabiex jassisit startups innovattivi.
Malta Enterprise ilha sa mill-2021 taħdem sabiex toħloq sinerġiji bejn entitajiet tal-Gvern u dawk privati – sabiex jkun hemm leħen nazzjonali wieħed b’rabta mal-innovazzjoni, avvanz ekonomiku, u l-ħolqien tal-ġid li jistgħu jġibu l-istartups. Dan qed jsir permezz tal-brand ‘StartinMalta’.
“B’enerġija ikbar biex nagħmlu l-ħajja tal-istartups iktar faċli” – Il-Ministru Silvio Schembri.
Il-Ministru Silvio Schembri, responsabbli mill-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, laqa ‘dan r-riżultat u qal li dan se jixpruna aktar ħidma mill-Malta Enterprise u entitajiet oħra fi ħdan il-Gvern sabiex Malta tkun kalamita għall-aqwa kumapniji internazzjonali u benniena għal dawk il-Maltin li għandhom l imprenditorjat fihom:
“Nilqgħu dan ir-rapport b’sodisfazzjon u b’enerġija ikbar biex nagħmlu l-ħajja tal-istartups iktar faċli. Kumpaniji li jimpjegaw inqas nies imma li jħallsu iktar. Filfatt nistmu li l-paga medja tal-ħaddiema mal-istartups li approvat il-Malta Enterprise jaqilgħu bejn €40,000 u
€60,000 f’salarji. Minn kalkoli tal-Malta Enterprise ġew approvati 60 proġett ta’ dan it-tip fl- aħħar ftit snin – fejn dawn mistennija jiġġeneraw mijiet ta impjiegi ta’ dan it-tip. Lesti biex b’interventi fuq framework nazzjonali u anke investimenti mill-ewwel Venture Capital tal- Gvern Malti – nibqgħu nimlew b’kuraġġ li dawk li f’pajjiżna lesti jagħmlu innovazzjoni ta’ skala globali li ittejjeb il-ħajja tan-nies.”
“Permezz tal-istartup Framework nazzjonali ser inbiddlu għadd ta’ liġijiet favur l- istartups”- Kurt Farrugia – Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia qal: “Permezz tal-istartup Framework nazzjonali fejn ser inbiddlu għadd ta liġijiet wara proċess ta’ konsultazzjoni mal-istartups stess – fosthom biex nindirizzaw it-tnaqqis tal-burokrazija, li ndaħlu inċentivi għall- investiture, jissaħħaħ il-finanzjament għal startups u anke inċentivi biex impjegati ta’ startups ikunu jistgħu jingħataw ishma fl-istartup li fihom jaħdmu.”
“Ma’ dawn irridu wkoll insostnu l-ħidma li ssir matul is-sena biex nsaħħu l-ekosistema ta’ Startups f’Malta permezz ta’ Startup Festival u minn din is-sena wkoll l-EU Startup Summit, li wara għaxar snin jittella f’pajjiż Ewropej oħra għall-ewwel darba ser jkun qed isir Malta.”