“Meta tirċievu posta u ma triduhiex, titfgħuhiex f’tiegħi!” – Residenti fil-Mosta
Hekk kitbet din ir-residenta fuq il-midja soċjali tagħha fejn spjegat sitwazzjoni li forsi tiġri spiss.
Ilkoll nirċievu posta li tinkludi reklamar ta’ ħwienet u prodotti għall-bejgħ, riklami politiċi u oħrajn jew avviżi li jimlewlna l-kaxxa tal-ittri tagħna.
Huwa veru li forsi mhux kollox ikun jgħodd għalina. Imma huwa sewwa li għax ma rriduhiex, nitfgħu l-posta f’kaxxi tal-ittri ta’ ħaddieħor?
Jissejjaħ egoiżmu. Kull ma jitlob huwa li naqbduha u narmuha fiż-żibel. Inkella tista’ tużaha wkoll għal xi bżonn u hekk tkun qed tirriċikla.
Imma li biex teħles minnha ttieha lil ħaddieħor, qatt mhu sew. taqblu?