Minn liema pjaċiri tiċċaħħad fil-Ġimgħa Mqaddsa?

 Minn liema pjaċiri tiċċaħħad fil-Ġimgħa Mqaddsa?

Kulħadd għandu gosti differenti u dak li jgħoġob lili, mhux bilfors jgħoġob lilek. Dan fir-rigward ta’ ikel, ħelu jew stil ta’ divertiment. Ilkoll nafu li l-Knisja Kattolika titlob minna li nagħmlu sagrifiċċju matul dawn iż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa b’mod speċjali f’ras ir-Randan, fid-Duluri, u fil-Ġimgħa l-Kbira.

Mhux kulħadd jaqbel ma’ dawn l-istqarrijiet u jkun hemm min isostni li flok sagrifiċċju, iħoss li għandu jkun iżjed kattoliku veru fl-aġir tiegħu.

Imma ssib min jagħmel sagrifiċċju b’turija ta’ fidi u tama lejn Sidna Ġesù kristu f’forom differenti. Jastjeni mis-sess, ma jarax televiżjoni, ma jilgħabx logħob elettroniku jew inaqqas mill-użu tal-mobile.

Mhux kulħadd l-istess. Intom tagħmlu sagrifiċċji simili speċjalment din il-ġimgħa?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com