Sejjer Disneyland? Għandna ftit pariri għalik

 Sejjer Disneyland? Għandna ftit pariri għalik

Meta tmur f’posijiet bħal Disneyland, li joffru tant u tant għażliet ta’ x’tista’ tagħmel jaf tiġi f’dubju minn fejn taqbad tibda. Dan l-artiklu joffrilek xi ftit ideat ta’ x’għandek tagħmel ladarba sejjer fil-famuż Disneyland f’Pariġi.

 

1.Fittex lill-aktar karattri ta’ Disney li huma għal qalbek

Fil-park ta’ Disneyland se ssib diversi karattri ta’ Disney magħrufin li anke jagħtuk l-opportunità li tieħu ritratt magħhom. Intant, jekk tixtieq tiltaqa’ mal-karattri rjali ta’ Disney bħal Cinderella, Belle jew Sleeping Beauty ara li tibbookja l-ikla ta’ nofsinhar fir-ristorant Auberge de Cendrillon.

 

2.Ħu l-opportunità li toqgħod fil-lukanda ta’ Disneyland stess

Il-lukanda ta’ Disneyland f’Pariġi tippermettilek li tibqa’ tgawdi l-esperjenza maġika b’mod sħiħ. Hawn ikollok aċċess għall-parks qabel il-ħin ta’ dħul normali, kif ukoll aktar ċans tiltaqa’ ma’ diversi karattri ta’ Disney matul il-ħin tiegħek fil-lukanda.

 

3.Ara li tagħmel booking minn qabel għar-ristoranti li tixtieq tiekol mingħandhom

Importanti li jekk hemm ristoranti speċifiċi f’Disneyland fejn tixtieq tiekol, tagħmel il-booking minn qabel għax żgur ma ssibx mejda!

 

4.Ħalli ftit ħin sabiex tgawdi wkoll il-parati u x-xows li jsiru fit-toroq ta’ Disneyland

Apparti milli żżur id-diversi ta’ attrazzjonijiet li hemm f’dan il-park, ara li tħalli wkoll ftit ħin sabiex tgawdi il-parati u x-xows li jsiru fit-toroq tal-park matul il-ġurnata kollha.

 

5.Dur il-palazz ta’ Sleeping Beauty u Parc Disneyland

Għalkemm huwa normali li tkun tixtieq tirkeb fuq l-attrazzjonijiet kollha, ipprova ddedika ftit ħin biex timxi u tara l-bellezza ta’ diversi postijiet bħall-palazz ikoniku ta’ Sleeping Beauty li huwa magħruf għat-twieqi kbar u kkuluriti tiegħu, u Parc Disneyland magħruf għall-arkitettura tiegħu.

 

6.Jekk tħobb il-films tal-Marvel, issa hemm attrazzjoni ideali għalik

Waħda mill-aħħar attrazzjonijiet li nfetħet f’Disneyland hija dik magħrufa bħala Marvel Avengers Campus. Apparti li tiltaqa’ mal-karattri l-aktar favoriti tiegħek tal-Avengers, hawn se ssib ukoll żewġ rides ġodda.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com