Mortu tarawh ix-Xow il-kbir tad-Danusan? Serata ta’ daħq bla waqfien
Mortu? Jekk le, ma tistgħux ma tmorrux. X’hemm isbaħ minn serata ta’ daħq u divertiment f’dinja ta’ stress li qed ngħixu?
Preparaw ruħkom ħa taraw u tisimgħu minn kollox … sa bil-bajd barra ħareġ ix-xwejjaħ.
Vinny l-Kaċċatur l-hena tiegħu jara fuq min se jispara … Moira Delia weħlet din id-darba.
Bilħaqq, dak li jgħid li jara imma ma jarax, għamel waħda tinkiteb fil-ħanut. Kedda taħa lis-sales girl.
L-Awards tan-nejk imorru għal diversi personalitajiet li jekk intom kurjużi, tridu taqtgħu l-biljetti u tmorru tisimgħu x’kel;lhom xi jgħidu min rebaħhom.
Sa fl-ispazju telgħu … u anke l-qassis/president kien preżenti … X’għamel mgħarras l’hu, x’fih!
Xi botti politiċi ma jonqsux … x’hemm isbaħ milli niddevertu flimkien?!
Idħlu fuq ticketmonti.com biex tibbukkjaw postkom fis-sala Peter Serracino Inglott fil-Junior College. Il-parkeġġ mhux problema lanqas għaliex tipparkjaw fil-parkeġġ tal-kulleġġ innifsu. Issa żdiedet xow oħra; dik tas-16 ta’ Marzu.
Bilħaqq, hemm ukoll rigali x’jintrebħu, snacks u anke kappell f’forma ta’ ż…. shhhh daqshekk se ngħidulkom.