Mużika Mużika – edizzjoni oħra ta’ suċċess bil-lingwa Maltija … Tirbaħ Maxine Pace

 Mużika Mużika – edizzjoni oħra ta’ suċċess bil-lingwa Maltija … Tirbaħ Maxine Pace

Il-Ħamis, Ġimgħa u s-Sibt li għadda, ilkoll segwejna b’entużjażmu l-festival tal-kanzunetta Maltija, Mużika Mużika li għal darb’oħra, kellu livell għoli mmens u smajna kanzunetti mill-isbaħ minn kantanti lokali bravi mmens.

Il-kanzunetta rebbieħa ta’ din is-sena 2024 hija MHUX TAL-AĦĦAR! li ġiet interpretata minn Maxine Pace b’lirika ta’ Emil Calleja Bayliss u b’mużika ta’ Cyprian Cassar!

Erġa’ ara l-kanzunetta rebbieħa hawn: https://youtu.be/AVQS9k-jK3U

Fit-tieni post- VJAĠĠ SABIĦ – interpretata minn Kantera, b’lirika ta’ Joe Julian Farrugia, u b’mużika ta’ Kantera u Micimago. Imbagħad fit-tielet post:- FIL-QRIB interpretata minn Cliff Zammit Stevens, b’lirika ta’ Joe Julian Farrugia, u b’mużika ta’ Philip Vella

L-Aħjar Interpretazzjoni kienet GIADA bil-kanzunetta IMĦABBA VERA b’ lirika ta’ Philip Vella , u b’mużika ta’ Glen Vella

L-Aħjar Arranġament mar għall-kanzunetta: 3 TA’ ĠUNJU 2021 b’arranġament ta’ Aurelio Belli, b’ lirika ta’ Corazon Mizzi, u b’mużika ta’ Corazon Mizzi

Nifirħu lill-kantanti kollha kif ukoll lill-Festivals Malta ta’ din l-organizzazzjoni stupenda.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com