Nhar il-Ħadd huwa Ħadd il-Palm – Isiru purċissjoni tal-vari fi rħula partikolari. Liema huma?
Il-Knisja Kattolika nhar il-Ħadd li ġej 24 ta’ Marzu 2024, se tkun qed tiċċelebra Ħadd il-Palm.
Dakinhar f’Ħal Għaxaq u l-Għargħur issir il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Flimkien ma’ dawn l-irħula, il-Qala f’Għawdex tagħmel il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f’Ħadd il-Palm ukoll.
Interessanti li meta l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Katidral ta’ Santa Marija f’Għawdex ma jkunx immisha toħroġ f’nhar il-Ġimgħa l-Kbira, toħroġ f’Ħadd il-Palm. Hekk imissha din is-sena, li toħroġ bejn is-18.00 u l-22.30.
Din talterna ma’ dik li ssir mill-Bażilika ta’ San Ġorġ li tinsab fir-Rabat Għawdex ukoll u li din is-sena, imissha toħroġ fil-Ġimgħa l-Kbira – 29 ta’ Marzu.
Fix-Xagħra, issir ukoll il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tat-tfal nhar Ħadd il-Palm fis-18.00