Persuna bi rwol ikollha ħafna stediniet li jgħajjuha – Jekk ma tmurx tidher kerha

 Persuna bi rwol ikollha ħafna stediniet li jgħajjuha – Jekk ma tmurx tidher kerha

Spiss tisma’ nies jikkummentaw fuq xi ħadd fi rwol pubbliku; Ministru, politiku, sindku, kunsillier, presidenti onorarji, eċċ, eċċ għaliex ma jkunux rawhom f’attività.

Konxji kemm ikollhom stediniet?

Tgħidu: “Mhux xogħolhom?” Le, mhux xogħolhom. Xogħolhom huwa li jwettqu, ibiddlu, jaħdmu u jtejbu, jisimgħu, jgħinu u mitt ħaġa oħra.

Irridu ngħidu li huwa sabiħ li xi ħadd; entità, għaqda jew individwi jaħsbu f’dak jew f’dik il-persuna u jistiednuhom. Ben fatt. Imma jridu jkunu konxji li meta ma jattendux, mhux b’nuqqas ta’ rispett.

Dawn huma umani wkoll. Għandhom familja. Għandhom problemi personali bħal kulħadd. Iridu jsitrieħu. Iridu jieqfu wkoll.

Kultant, ħajja ta’ persuna pubblika tfisser li tkun għaddej 365 ġurnata bla waqfien bis-sajf, bil-festi b’kollox.

Min imur jgħidu “dak ġie, ara l-ieħor le.” U hawn nagħmlu żball. Inqabblu.

Kulħadd għandu l-istorja tiegħu. L-importanti jibqa’, li fi dmirhom, jagħmlu xogħol tajjeb, imma ma niġġudikawhomx għax m’attendewx avveniment. Kulħadd għandu bżonn ħin għalih. Din ukoll tmur id f’id mas-saħħa mentali tal-persuni. Mela huma ma jridux jieħdu ħsiebha wkoll?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com