Qas temmnu kemm il-persuna marru għal test wara dan!

 Qas temmnu kemm il-persuna marru għal test wara dan!

Eluf ta’ nies marru jagħmlu t-testijiet dwar saħħithom wara li l-Prinċipessa Kate Middleton tkellmet dwar dak li għaddejja minnu f’filmat.

Ċentri ta’ riċerka kontra l-kanċer u s-sistema tas-saħħa Ingliża NHS, raw żieda ta’ tiftix dwarhom fuq l-internet fejn kien hemm mal-4,172 tfittxija f’siegħa fejn is-soltu ma jkunux numri hekk kbar. Hekk ġara wkoll fuq tiftix dwar il-kanċer fejn dan kien jammonta għal 5 darbiet iktar minn dak normali.

Bla dubju, meta personalità titkellem, tagħmel effett anke jekk ikun hemm min mill-pubbliku li jikkritika dan u jirraġuna li hija mara bħall-oħrajn u kulħadd jista’ jgħaddi minn mumenti iebsin. Jibqa’ l-fatt, li l-popolarità ta’ persuna f’dan il-każ swiet ta’ ġid.

Huwa tajjeb li nżommu ruħna aġġornati dwar il-kundizzjoni ta’ saħħitna u nfittxu li nitkellmu jekk inħossu sintomi mhux tas-soltu.

Nagħtu kuraġġ lil dawk kollha li għaddejjin minn xi sofferenza minħabba l-mard.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com