Qatt dħaltu ġo kamra tal-banju tas-sess oppost u ħarsulkom bl-ikrah?
Kien hawn il-fehma li tiġri l-iżjed mill-irġiel. Imma anke n-nisa jagħmluha. Bl-iskuża li emerġenza.
Jiġri wkoll li malli mara tara raġel fil-kamra tal-banju tan-nisa, tkun trid tqattgħu bil-ħars.
Hemm ukoll l-idea li l-irġiel iħallu mandra iżjed warajhom milli n-nisa.
Imma dawn huma xenarji diversi li fil-verità jiġru minn kull ġeneru. Ma rridux neħlu mal-clichès. Hemm nisa u irġiel kemm maħmuġin, u anke dawk indaf.
F’pajjiżna, il-kmamar tal-banju pubbliċi, speċjalment fir-risotanti qed isiru gender neutral jiġifieri jistgħu jintużaw minn kulħadd. Fil-fehma tagħna dan huwa progess u jekk veru nemmnu fl-ugwaljanza, dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba.
Fl-aħħar mill-aħħar, toilet nadif jixraqlu kulħadd; m’hemmx dak jew dik.