Se ndawru s-siegħa ‘l quddiem jew lura?

Għada, fis-2.00am preċiżament, l-arloġġ se jitmexxa siegħa ‘l quddiem. Dan jimmarka l-bidu tal-ħin tas-sajf.
Il-ġurnata titwal. Imma se norqdu siegħa inqas.
U iva, ma ngergrux. Min jaf kemm intom kuntenti dawk li tħobbu s-sajf. Waslilkom.
Ma tantx nistgħu ngħidu li kellna xitwa kiefra din is-sena; xotta wisq.
Tinsewx tmexxuh!