Tip ta’ ħoss, ġieli f’forma ta’ żanżin fil-widnejn

 Tip ta’ ħoss, ġieli f’forma ta’ żanżin fil-widnejn

Qatt smajtu bit-tinnitus? Dan huwa tip ta’ ħoss, ġieli f’forma ta’ żanżin fil-widnejn li mhux ġej minn sors estern. Jiġifieri tkun qed tisimgħu inti biss. Jingħad li bejn 10% u 25% tal-adulti għandhom it-tinnitus.

It-tinnitus jista’ jfieq maż-żmien u eventwalment ma tisimgħux aktar, iżda f’ċertu każijiet sfortunatament jiggrava. Wieħed isir jaf jekk it-tinnitus li għandu hux kroniku jekk jaqbżu tliet xhur u l-ħoss ikun għadu qed jisimgħu.

S’issa għadu mhux daqshekk ċar x’inhi l-kawża tat-tinnitus, iżda l-maġġoranza tal-persuni li jesperjenzawh ikunu qed isofru minn ċertu livell ta’ nuqqas ta’ smigħ. Madanakollu, rarament ikun kollegat ma’ problemi mediċi u ġeneralment ma jkunx daqshekk gravi li jaffettwa l-ħajja ta’ kuljum.

Iżda t-tinnitus ġieli jirrifletti b’mod negattiv fuq l-irqad, il-konċentrazzjoni u anke l-burdata tal-persuna. F’każi li huma aktar severi, it-tinnitus jista’ anke jwassal għall-ansjetà u d-dipressjoni.

Minkejja li bħalissa m’hawnx kura stabbilità għat-tinnitus, hawn diversi modi kif wieħed jista’ jnaqqas is-sintomi tagħha. Approċi komuni jinkludu l-użu ta’ hearing aids u apparat ieħor simili, terapija relatata mal-aġir tal-persuna u anke medikazzjonijiet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com