Se tixtru xi żewġ Żeppoli llum?

 Se tixtru xi żewġ Żeppoli llum?

Illum 19 ta’ Marzu niċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp. F’Malta, hawn devozzjoni kbira lejn dan il-padrun universali tal-Knisja.

Ħafna jorbtu din il-festa maż-żeppoli; tip ta’ ħelu magħmul minn għaġina ratba u minfuħa li tinqela fiż-żejt u timtela bil-krema jew bl-irkotta ħelwa.

Iż-żeppoli huma ħelu tipiku tan-naħa t’isfel tal-Italja li jsiru f’San Ġużepp f’postijiet bħal Napli, Catanzaro, Reggio Calabria, Sqallija, u bla dubju, f’ Malta wkoll.

Interessanti kif f’Palermo minflok zeppole jgħidulhom sfinci di San Giuseppe. Anki hawn Malta, xi wħud jgħidulhom sfineġ ta’ San Ġużepp.

Il-kelma sfinġa aktarx ġejja mit-Taljan sfincia, li ħadha mil-Latin spongia, jiġifieri sponża għaliex ikunu qishom sponoż żgħar.

Duquhom. Tajbin immens. Nawguraw il-festa t-tajba lil kulħadd, speċjalment lil dawk li jisimhom Joseph, Ġużeppi, Josef, Ġuża, Josephine u ismijiet oħra simili ma’ isem dan il-qaddis.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com