Tarmawha l-istatwa tad-Duluri fid-djar tagħkom?
Aħna poplu ċelebrattiv, forsi nazzardaw ngħidu li nħobbu ftit il-poma (barokki), nibku, nifirħu, u nikkritikaw. Poplu sabiħ li jħobb. Jgħin, iħenn u bħal kulħadd, għandu n-nuqqasijiet tiegħu wkoll.
Ir-reliġjon f’pajjiżna, ngħidu x’ngħidu, għad għandha post f’qalbna. Xhieda ta’ dan huwa dan iż-żmien li qegħdin fih – il-Ġimgħa l-Kbira.
Ħafna huma dawk li sfortunatament iżartu xi kelma mhux f’postha u hija sfortuna li jissemma l-isem t’Alla għal xejn b’xejn. Ħafna jgħidu li vizzju u li ma jkunux iridu jfissruh. Ġiet drawwa ħażina.
Madanakollu, ikunu ħafna anke l-istess nies li għandhom devozzjoni kbira, speċjalment lejn Omm Alla; il-Madonna.
Hekk kif qed toqrob il-festa tad-Duluri li se tkun iċċelebrata nhar il-Ġimgħa li ġej 22 ta’ Marzu, issib min ikollu statwa żgħira u jarmaha f’daru. Ipoġġu xi xemgħa quddiemha u bukkett fjuri mill-isbaħ bħal ġiżi li huwa adattat ħafna f’dan iż-żmien.
Hawn min hu dilettant tant, li jkollu wkoll is-sett tal-vari kollha bħala kollezzjoni f’daru u l-għors tiegħu jarmaħhom bil-mod u joqgħod iħares lejhom filwaqt li jisma’ xi marċ funebru.
Xi ġmiel. Tradizzjonijiet sbieħ.