Artiklu miktub minn Lenah fuq il-ktieb favorit tagħha

 Artiklu miktub minn Lenah fuq il-ktieb favorit tagħha

Illum ser inkellimkom fuq dan il-ktieb għal qalbi li jismu Madame, miktub minn Clare Azzopardi. Dan il-ktieb huwa għal qalbi għax kelli l-opportunità li niltaqa’ mal-awtriċi waqt attività li kelli fl-iskola tiegħi u iffirmatuli.

L-istorja titkellem fuq mara li kien jisimha Madame Ortenzija Paskwalina De Rohan li kienet ħajjata prima. Kienet l-aktar magħrufa għall-kostumi tal-karnival. Tgħidx kemm ħietet, matul ħajjitha! Ftit kostumi li ħietet kienu ferm sbieh u tad-daħk fosthom pinokkju, xi mostru, re, reġina, gran mastru, min ta’ kikkra, min ta’ kitla, kien hemm darba saħansitra xi ħadd libes ta’ diżastru! Imma le mhux dak kollox, kien hemm prinċipessa, id-dukessa, l-ispanjola, il-gardjola, is-suldat, l-ammirall, Ċensu l-bidwi, l-editriċi, pagun, Żunżan, iljuni, Eġizzjani u l-babbun!

Il-karnival kienet tħobbu imma ma kinitx tmur għax il-folol kienu idejquha u anki dak il-ħafna ġenn u storbju. Minflok kienet tarah mill-gallarija flimkien man-neputija tagħha Pissiperla. Imbaghad darba wahda Madame fettlilha tħit żewġ kostumi wieħed għaliha ta’ kożmonawta u l-ieħor għal Pissiperla ta’ astronawta u flimkien marru l-karnival. Malajr telqu għax Madame mill-ewwel ħassita ħażin u qabdu triqithom lejn id-dar, waqt li kienu mixjin f’daqqa waħda Madame waqfet, Pissiperla ndunat u saqsieta x’ġaralek zi? Madame qabdet tgħid Anġlu Anġ! U Pissiperla staqsietha lil min qed tkellem zi? Irrispondieta hemm ħa mhux tarah lill-Anġlu tiegħi? Pissieperla ma kienet qed tara xejn ħlief iz-zija tneħħi l-elmu.

Madame qaltilha li fil-karnival kienet tinżel miegħu, kienu jinħabu ħafna, jidħqu u jikkumidjaw. Kienu jilbsu l-isbaħ kostumi u kulħadd isellmilhom. Iżda darba waħda kienu se jmorru l-karnival, kienu libsu ta’ pirat u ta’ kaptan u Anġlu ħass l-uġiegħ u minflok niżlu għall-karnival niżlu dritt għall-isptar. It-tobba ppruvaw isalvawh imma kien kollu għalxejn. Minn dik il-ġurnata ‘l hawn Madame qatt ma niżlet il-karnival iktar. Fil-pront Pissiperla għanqet liz-zija u skużat ruħha talli niżlu l-karnival. Madame qaltilha kieku ma ġejniex ma kontx nara lil Anġlu tieghi. U rħewlha lejn id-dar u bdiet tirrakontala iktar stejjer u qaltilha li x’ħin jaslu turiha ritratt. X’ħin kienet ħa tagħlaq il-bieb lemħet lil Anġlu fil-kantuniera, xejrilha u għemżilha. Qalbha faret bil-ferh u qabel ma ghalqet il-bieb u tfiet il-fanal, wegħditu li tibqa’ tfittxu kull karnival.

Nispera li għoġbitkhom din l-istorja. Jiena tgħallimt li l-ħajja mhux faċli meta titlef lil xi ħadd għażiż imma xorta trid tkompli bil-ħajja sabiħa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com